Il-Lingwa Internazzjonali

– Deskrizzjoni General tal-Ido -

Jkun utli ħafna kieku inkunu nistgħu nitkellmu ma nies ta pajjiżi oħra bil-faċilità li nitkellmu biha ma nies ta pajjiżna. Imma minħabba li kul pajjiż għandu il-lingwa tiegħu, dan diffiċli ħafna, jew kważi impossibbli.

Is-soluzzjoni li ġiet magħtuba min ħafna nies għal dil-problema, hi "jmisshom jitgħallmu l-Ingliż! Għalkemm l-Ingliż hi il lingwa l-aktar użata fi-dinja, wieħed irid ikollu xi ftit ta kapaċità, u jrid iddum ħafna żmien biex jitgħallimha sew; u fuq kollox, din il-lingwa ma tinsabx mad-dinja kolla. Wkoll, billi din hi il-lingwa nazzjonali ta bosta pajjiżi, mhux lingwa newtrali. Dawk li diġà jitkellmu bl-Ingliż forsi jaħsbu li hi soluzzjoni tajba kieku kulħadd jitgħallem l-Ingliż, imma il-Franċiżi, per eżempju, jaraw is-sitwazzjoni naqra differenti.

Għal lura, il-UN għandha sitt lingwi uffiċjali, u l-UNESCO għandha tmienja. Il- Kommunità Ewropeja /Unjoni Ewropeja wkoll għandha ħafna lingwi uffiċjali, u jonfqu somom kbar ta-flus biex kollox jiġi ttraducit u interpretat. Għalkemm l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi li l-aktar jintużaw fil KE/UE, il-Ġermaniżi issa bdew jistaqsu li il-lingwa tagħhom tibda jintuża iktar.

Kieku tingħażel lingwa waħda, dan jkun jagħti vantaġġ kbir politiku u kulturali lil dawk il-pajjiżi għal liem din hi diga' il-lingwa tagħhom. Allura, din mhix soluzzjoni aċċettabbli; għalkemm, l-Unjoni Postali Universali għadha tuża il-Franċiż bħala lingwa uffiċjali.

Għal lura, is-soluzzjoni hi li tintuża lingwa ivvintata ġdida bħal l-Esperanto jew l-Ido. Dil-lingwa ma tieħux il-post tal-lingwi oħra (dan jkun vandaliżmu), imma tkun tintuża bħala konnessjoni bejn nies li mingħajrha ma jkunux jistgħu jikkomunikaw. U hekk, kulħadd jkun jista jiltaqa' fin-nofs, u ħadd ma jkollu vantaġġ fuq ħadd.

Il-lingwa li tingħażel m-għandhiex tkun artifiċjali ħafna. Il-vokabularju għandu jkun ibbażat fuq l-lingwi eżistenti (għalkemm il-grafija u l-pronunzja huma differenti, ħafna lingwi diġà għandhom bosta kliem l-istess). Il-grammatika għanda tkun sempliċi, mingħajr dawk l-eċċezzjonijiet u użijiet idjomàtiċi li tant jgerfxu lil min jkun jitgħallem lingwa nazzjonali.

Din l-idea ispirat lil Father Schleyer, l-inventur tal-Volapuk, u lil Dr. L. Zamenhof, l-inventur tal-Esperanto, il-lingwa ta dil-kwalità li baqgħet msemmija fuq mitt sena wara li bdiet tintuża. Xi ftit snien wara l-bdiet tintuża din il-lingwa, ġew ssuġġeriti xi kambjamenti.

Per eżempju, Zamenhof ried li fl-Esperanto, l-aġġettivi jaqblu man-nomi f-kul sense grammatiku, jiġifieri jkun possibbli jkun hemm erbgħa tipi ta tmim għal kul aġġettiv. Iżda m'hemmx bżonn għal-dawn il-komplikazzjonijiet, għax bħal l-Ingliż u l-lingwa tal-Ungerija, naraw li nistgħu ikollna aġġettivi li qatt ma jinbidlu. Wara xi ftit żmien, Zamenhof qabel m'hekk, imma għal bosta raġunijiet, ir-regoli grammatiċi tal-Esperanto qatt ma inbidlu.

Kien fuq il-bażi ta dawk il-kambjamenti li ġew ssuġġeriti għal Esperanto, li grupp ta xjenzati u lingwisti żviluppaw il-lingwa tal-Ido. Il-kumitat kien jinkludi il-lingwista Professur Otto Jesperson, u il-matematiku u filósfu Franċiż, il-Professur Louis Couturat. Dawn ħadu l-aħjar aspetti tal-Esperanto, żiedu xi kambjamenti min-invenzjoni oħra "l-Idjoma Newtrali," u żviluppaw lingwa li hi ċertament l-aktar lingwa faċli fid-dinja, u fl-istess ħin, l-aktar waħda preċiża.

Miljorament ieħor kien dak li Zamenhof qal li jkun veru loġiku u konvenjenti. Fl-Esperanto, l-ismijiet tan-nies u l-annimali (kliem bħal "attur" jew "ljun') għadhom tendenza jkunu dejjem maskil bil-forma femminil li tintagħmel b-suffiss. Il-mod alternattiv li ipprefera, imma sfortunatament ma wettaqx Zamenhof, hu li dawn it-tipi ta kliem nagħmluhom newtrali (bħal "cousin" u "pilot" bl-Ingliż), u li nbiddlu l-ġens b-suffissi differenti.

L-Ido, bħal-lingwa tal-Finlandja, wkoll għandu pronom li jista jfisser "hu" jew "hi," u hekk, jista jintuża meta ma jkun hemmx bżonn ta speċifikazzjoni. Xi wħud jixtiequ li kien hemm pronom bħal dan fl-Ingliż, biex ma jkollniex noqgħodu ngħidu "hu jew hi" jew niktbu "hu/hi."

Għal lura, fl-Ido, imma mhux fl-Esperanto, ġew addottati dawn, u kambjamenti u miljoramenti oħra. Ir-riżultat hu wieħed li hu iffavorut min kważi dawk kollha li studjaw dawn il-ġiex lingwi jew djaletti internazzjonali semi-artifiċjali, li kieku mhux għal dan, huma simili ħafna inkluż l-ispirazzjoni ta Schleyer u partikularment dik ta Zamenhof.

Hu għal kreditu tal-ħeġġa kollha li hemm madwar il- moviment tal-Esperanto, li l-idea ta lingwa newtrali internazzjonali ġiet relattivament magħrufa sew. Dawk li jużaw l-Ido, jafu kemm u tajjeb li tkun tista tikkonċentra fuq dak li trid tgħid, bla ma jkollok toqgħod taħseb fl-istess ħin kif ser tgħidu. Tajjeb hekk għat-teorija, imma kif taħdem din il-lingwa fil-prattika? Laqgħat internazzjonali ta nies li jitkellmu l-Ido nżammew f-ħafna pajjiżi differenti, u dawn urew li l-Ido jaħdem tajjeb fil-prattika wkoll.

Hemm ħafna pubblikazzjonijiet miktubin bl-Ido, jew miktubin fuq din il-lingwa. Dawn jinkludu vokabularji u kotba tal-grammatika għan nies ta ilsna differenti, mil-Isvizzera sal-Ġappun. Sa hemm ukoll ammont kbir ta poeżija miktuba bl-Ido, inkluża storja erojka u komika fil-vers ("La Serchado" ta Andreas Juste). Hemm dinja ġdida li wieħed jista jiskopri, jekk jagħmel naqra ta sforz biex jitgħallem din il-lingwa meraviljuża.

Naturalment, l-użu ta dil-lingwa jista jkun delizzju wkoll; iżda fuq kollox, hu verament mod li jikkontribwixxi għal-ftehim aħjar tad-dinja tagħna.

Aktar Informazzjoni:

Dettalji fuq il-kotba dwar l-Ido, jew miktuba b’din il-lingwa jistgħu jinsabu fil-ħwienet tal-kotba:

Librerio Tialisto
Ido Book Service
Librerio di la Germana Ido Societo

Hemm wkoll ħanut tal-kotba fuq l-Internet:

Publikaji

Il-moviment volontarju ta din il-lingwa, naturalment huwa internazzjonali, u l-kotba dwar l-Ido wkoll huma miktuba b’varjetà ta lingwi. Hemm soċjetajiet nazzjonali, u wkoll hemm soċjetà internazzjonali – L-Unjoni għall-Lingwa Internazzjonali (Ido). Din is-soċjetà tippubblika perjodiku msemmi, «Progreso». Biex tagħmel kuntatt ma-dawk li jitkellmu bl-Ido, ikteb lil wieħed minn dawn ir-rappreżentattivi:

Reprezenteri di la linguo Ido
Għaliex Ido?

Ret-pagini pri Ido

http://ido.li

www.geocities.com/idojc/yindex.html

www.ido-france.org

www.idolinguo.de

www.publikaji.tk

www.vortari.tk

http://es.geocities.com/kanaria1973/idochinia.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/limbaido.html

http://www.europa.idolinguo.com/Rumania/

www.ezik-ido.tk

http://es.geocities.com/kanaria1973/descricaogeral.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/descrizionegenerale.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/sprogido.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idonederlanda.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/rusia.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/ido_v_skratke.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idoestonia.html

http://www.europa.idolinguo.com/Finlando/

http://es.geocities.com/kanaria1973/idofinlando.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idoukraina.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idoenlagreka.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/magyar.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/lingwaido.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/hebrea.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/indiana.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/indoneziana.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/lituania_ido.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idokroata.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idoislandia.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/gramatikken.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idonorvega.html

http://ido.narod.ru

http://es.geocities.com/kanaria1973/JezykmiedzynarodowyIdo.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/idoslovenia.html

http://www.geocities.co.jp/Milkyway-Kaigan/5864/

http://idokorea.wikicities.com/wiki/%EB%8C%80%EB%AC%B8

http://es.geocities.com/kanaria1973/llenguaido.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/galicia.html

http://es.geocities.com/kanaria1973/ocitana.html

1